L-għalliema tal-Malti li jgħallmu studenti tal-klassijiet tal-ħdax-il sena li qagħdu għall-eżami annwali tal-Malti f’Rotta 3, huma mħeġġa jimlew dan il-kwestjonarju online u jagħtu l-fehmiet tagħhom fuq il-format il-ġdid tal-karta tal-eżami annwali li saret nhar it-13 ta’ Frar 2017.
Dan il-feedback huma mitlub mill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti biex, wara li ssir analiżi oġġettiva tiegħu, fejn ikun meħtieġ, isir titjib fit-tifsila u l-kontenut biex dawn il-karti annwali jirriflettu tassew il-ħiliet mistennija mill-istudenti fi tmiem l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom u hekk jingħataw iċ-ċertifikazzjoni ġusta fil-grad mistħoqq fil-Profil u ċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Sekondarja (SSCP).
Dan il-feedback tal-għalliema huwa utli wkoll biex dan l-eżami jservi ta’ esperjenza siewja għall-istudenti li ftit xhur wara jkunu ser joqogħdu għall-eżami nazzjonali taċ-ĊES u għalhekk l-istudenti jkunu ppreparati sewwa għalih.
Il-kwestjonarju jimtela mill-għalliema tal-Malti billi jużaw jikklikkjaw hawn: il-kwestjonarju u jilloggjaw bl-indirizz tagħhom tal-ilearn. Huwa stmat li dan il-kwestjonarju ma jiħux aktar minn ħames minuti biex jimtela. L-għalliema huma mitluba jimlew il-kwestjonarju sal-Ġimgħa 24 ta’ Marzu 2017.